Motorsport
Motorsport: Organizzat ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa.

Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar filgħaxija u taħt dawl artifiċjali.

B’kollox kienu ħamsa il-klassijiet; il-klassi Iame X30 ġiet mirbuħa minn John Agius segwit minn Brandon Pillicino u Braydon Bonnici.

Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci fl-ewwel post u segwit minn Jake Agius u Neville Zammit.

Il-Klassi Mini Touch and Go intrebħet minn Kieran Galea segwit minn Jacob Micallef u Daniel Abela.

Il-Klassi Touch and Go Vortex intrebħet minn Jake Falzon, fit-tieni post sibna il Christian Caruana u lill Isaac Micallef fit-tielet post.

Il-Klassi għall-iżgħar sewwieqa magħrufa bħala Baby intrebħet minn Ayrton Tonna.

L-attività tmexxiet mill-operaturi tal-kumpless Badger Karting, Uffiċjali tal-Karting Club Malta, Uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija u bħala direttur tat-tellieqa kien it-Taljan Gaspare Anastasi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar