Motorsport
Motorsport: Organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali tad-drifting

Ilbieraħ, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drifting, organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drifting.

L-avveniment ġie organizzat f’Ta ‘Qali, fil-parkeġġ li jwassal għad-daħla ewlenija taċ-Ċentru ta’ Fieri u Konvenzjonijiet ta’ Malta taħt xemx qalila.

Is-sewwieqa għamlu minn kollox biex juru il-kapaċitajiet tagħhom.

Andrea Fabri, iċ-Champion renjanti tad-Drifting, rebaħ it-tieni rawnd konsekuttiv permezz tal-karozza tiegħu Enemed Supra.

Marisa Grixti okkupat it-tieni post permezz tas-Silvia S14 u Dorian Galea spiċċa fit-tielet permezz tal-karozza tiegħu BMW b’magna Toyota.

L-avveniment kien ikkontrollat minn Carmelo Borg u Adrian Figallo kien il-Judge uffiċjali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta. Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat…

Motorsport

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel,…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Aktar