Motorsport
Motorsport: Organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting

Nhar il-Ħadd 11 u l-Ħadd, 18 ta’ Lulju, l-Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation organizzaw it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fil-Korsa La Reve f’Hal Far.

Ħamsa mis-sitt klassijiet saru l-Ħadd 11 ta’ Lulju bil-klassi Entry-Level li ntrebħet minn Mason Barun u bil-Klassi 60cc intrebħet minn Daniel Abela.

Il-klassi Iame x30 intrebħet minn Kyle Mercieca.

Il-Klassi Junior 125cc intrebħet minn Kieran Galea.

Il-klassi Vortex Rok GP intrebħet minn Micah Scicluna.

Il-Klassi Rotax Max li saret il-Ħadd 18 ta’ Lulju ntrebħet minn Nicky Gauci.

Miktub minn...
TVM Sport