Motorsport
Motorsport: Organizzata l-Imdina Glass Rally and Show

F’temp mill-isbaħ, il-Ħadd 8 ta ‘Diċembru, l-Old Motors Club Malta, li din is-sena ċċelebra it-30 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu organizza edizzjoni oħra ta l-Mdina Glass Rally and Show.

Madwar 30 Karozza ikkompetew fir-Rally u madwar 30 oħra ħadu sehem f’wirja fejn l-istabiliment ta Mdina Glass ġewwa Ta Qali.

Ir-Rally jikkonsisti f’dawra fuq rotta stabilita minn qabel, li normalmenti tinkludi toroq li ma tantx jigu frekwentati, fil-kampanja, u li joffru xenarju uniku u mill-isbaħ f’pajjiżna.

Ir-rotta tkun trid tiġi ivvjaġġata fuq istruzzjonijiet tipiċi, f’ħin u b’veloċità stabbilità minn qabel.

Kull karozza li tikkompeti normalment ikolla tim ta sewwieq u navigatur jew navugatriċi.

L-età tal-karozzi varjat bejn l-1920 u s-Snin ’90.

Issa l-istennija hija għat-12 ta Jannar fejn f’attività apposta fil-post tal-Old Motors Club fil-Mosta jitħabbru ir-riżultati.

Miktub minn...
TVM Sport