Motorsport
Motorsport: Pisani, Vella u Micallef jirbħu l-ASMK Autocross

Matul tmiem il-ġimgħa li ġejja l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun waħda impenjattiva.

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2019 l-ASMK sa tkompli kemm bil-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/2020 u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019 sa tkompli bil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020.

L-Attività tal-Motocross tibda fl-10:00am u ħa ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali iżda l-Enduro ta’ nhar il-Ħadd se tiġi organizzata fil-Barriera tal-Fawwara u tibda fl-10.00am.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 8 ta’ Diċembru 2019 l-Assoċjazzjoni Organizzat it-tieni attvitia mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2019/2020 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Għal din l-attivita rreġistraw 20 karozza maqsuma f’zewġ klassijiet, dik Modified u dik Standard.

Matul il-ġurnata rajna lill Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata biex mill-ewwel sab postu fil-finali Klassi A. Ma Pisani ikkwalifikaw Karl Micallef fuq Opel Corsa, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta u Kurt Aquilina fuq Opel Corsa.

Mat-tluq ta’ din il-finali l-finalisti kollha ħarġu flimkien izda Micallef ħa t-tmun tat-tiġrija segwit viċin minn Pisani u Grech. Il-finali kompliet billi wieħed wara l-ieħor bdew jagħmlu użu mill-Joker Lap. Matul it-tielet dawra Micallef irtira minħabba ħsara mekkanika fir-rota ta’ quddiem u postu ħadu Grech segwit kemm minn Pisani u Sicicluna. L-attenzjoni daret fuq l-ewwel żewġ kompetituri li kienu qed jiġru flimkien izda fl-aħħar dawra Grech ħa il-Joker Lap u irnexielu jibqa’ jzomm postu. Iżda ftit qabel tmiem it-tiġrija Pisani irnexielu jsib l-okkazzjoni biex jieħu post Grech tant li r-rizultat finali spiċċa b’Pisani jirbaħ il-finali segwit min Grech u Scicluna. Fir-raba’ post daħal Aquilina segwit minn Micallef.

Fil-Finali Klassi B rajna linja tat-tluq komposta minn Justin Buttiġieġ fuq Opel Nova, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Noel Vella fuq Ford Fiesta, Nicolai Aquilina, Karl Curmi u Gilmor Cauchi kollha fuq karozzi Opel Corsa. Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Vella jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Aquilina u Buttiġieġ. Fir-raba’ dawra rajna li Aquilina żviluppatlu ħsara u kellu jirtira waqt li Buttiġieġ avvanza pożizzjoni flimkien ma’ Birmingham. Dan tal-aħħar ftit qabel tmiem il-finali kellu jirtira wkoll minħabba ħsara mekkanika fil-magna biex b’hekk ir-rizultat finali spiċċa b’Vella jirbaħ segwit minn Buttiġieġ u Curmi. Fir-raba’ post daħal Cauchi.

Fil-finali Klassi Standard ħadu sehem tliet kompetituri. Jerom Peplow fuq Kia Avella, Joseph Micallef fuq Opel Nova u Melvin Buttigieg fuq Citroen AX. Sal-finali irrnexxielu jispiċċaw it-tiġrija Peplow u Micallef b’dan tal-aħħar rebaħ il-finali tal-ġurnata segwit minm Peplow.

L-attività li jmiss bil-karozzi ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru. Din il-ġurnata hija waħda speċjali għall fatt li din tkun l-aħħar attività tas-sena u fl-istess ġurnata ssir l-24 edizzjoni tad-Demolition Derby 2019. L-attività tibda l-10.00 am u fit-3pm tibda d-Demolition Derby li għaliha din is-sena irreġistraw 46 karozza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar…

Motorsport

Is-Sewwieq Malti Noel Galea li jikkompeti b’mod regolari ġewwa Sqallija ġie ikkonfermat Champion tal-klassi li jikkompeti fiha. Il-Klassi hija magħrufa bħalha Grupp E2SH u Klassi 2000. Il-grupp jindika it-tip ta…

Aktar