Motorsport
Motorsport: Riżultati mir-4 Round tal-Kampjonat Enemed National Drag Racing

Bejn il-Ġimgħa 27 u l-Ħadd 29 ta’ Settembru, l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed National Drag Racing ġewwa t-trakka f’Ħal Far.

 

Reuben Micallef rebaħ il-bracket ta’ bejn it-13 u 13.49 sekondi, Steve Bugeja rebaħ il-bracket ta’ bejn it-12 u 12.49 sekondi, Hadrian Borg rebaħ il-bracket ta’ bejn il-11 u 11.49 sekondi, Catriel Dimech rebaħ il-bracket ta’ bejn l-10.50 u 10.99 sekondi, Noel Buttigieg rebaħ il-bracket ta’ bejn id-9.50 u 9.99 sekondi filwaqt li Mark Bugeja u Dennis Desira rebħu l-brackets tat-8.50 u 8.99 sekondi u l-bracket tat-8 u 8.49 rispettivament. Index Class 1 u 2 ġew mirbuħa minn Luke Mercieca u Semira Galea, u Kain Gauci rebaħ Index Class 3.

 

Mark Farrugia rebaħ il-klassijiet Open 2 u Extreme 2. Dennis Desira rebaħ il-klassi CA6. Clinton Degiorgio rebaħ il-klassi Front Wheel Drive u Noel Debattista rebah il-klassi Nitro. Antoine Schembri rebaħ il-klassi D5 filwaqt li Luca Mangion rebaħ il-klassi Junior Dragster. Daniel Micallef rebaħ il-klassi Front Wheel Drive Outlaw filwaqt li Chantelle Zammit rebħet kemm il-Klassi Escort 2 kif ukoll il-Klassi Escort 3. Nicholas Farrugia rebaħ il-klassi Open 6.

 

Fil-klassijiet tal-muturi Chris Vella rebaħ il-bracket ta’ bejn it-8.5 u 8.99 sekondi u Motorcycle index 8.5 filwaqt li Briegal Micallef rebaħ il-Klassi SS1 u Motorcycle Open Class.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta. Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat…

Motorsport

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel,…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Aktar