Motorsport
Motorsport: Rodren Vella jirbaħ il-klassi tiegħu fil-Kampjonat Royal Purple Hot Hatch, fl-Ingilterra

Rodren Vella, is-sewwieq Malti u membru ta’ 360 Motorsport Club Malta, rebaħ il-klassi tiegħu fil-Kampjonat Royal Purple Hot Hatch fl-Ingilterra fuq Honda Civic EP3.

Il-kampjonat kien jikkonsisti minn 3 klassijiet u 14-il tiġrija f’seba’ ġimgħat fl-aktar ċirkwiti popolari fl-Ingilterra bħal Brands Hatch, Circuit Croft, Pembrey Circuit, Cadwell Park, Silverstone International, Donnington Park u l-aħħar 2 tiġrijiet tal-kampjomat f’Snetterton 300.

Minn 14-il tiġrija Vella rebaħ 6 tiġrijiet u spiċċa t-tieni f’5 tiġrijiet oħra. Vella wasal Snetterton 300 għaż-żewġ tiġrijiet finali b’vantaġġ ta 7 punti.

Wara tmiem il-ġimgħa ta’ tiġrijiet waqt xita qalila Vella spiċċa t-tieni fil-klassi tiegħu u rebaħ il-kampjonat b’19-il punt quddiem Phil Wright li wkoll kien qed isuq Honda Civic EP3.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar