Motorsport
Motorsport: Sitt sewwieqa Maltin jikkompetu fil-Hillclimb fi Sqallija

Bejn il-Ġimgħa 13 u Il-Ħadd 15 ta Settembru, sitt sewwieqa Maltin ikkompetew ġewwa Hillclimb fi Sqallija.

Is-sewwieqa kienu Noel Galea, Didier Bugeja, James Dunford, Darren Camilleri, David Grech u Chris Xuereb.

L-avveniment kien il-61 Edizzjoni tal-Hillclimb ta Monte Erice, organizzat mill-Klabb tal-Karozzi ta Trapani u it-8 rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-Hillclimb ta l-Italja organizzat mill-ACI Sport.

Noel Galea li saq din it-tela diversi drabi ħareġ sodisfatt għax irnexxielu inaqqas 3 sekondi fuq l-aħjar ħin tiegħu, spiċċa l-ewwel fil-klassi u it-tielet fil-grupp.

Għal Didier Bugeja din kienet l-ewwel darba ġewwa Monte Erice, irnexxielu jagħmel ħin tajjeb ta 3.37 minuti, b’hekk spiċċa fir-4 post tal-klassi tiegħu u fl-10 post minn grupp ta 27 karozza.

Għal-Chris Xuereb din kienet it-tieni apparenza tiegħu ġewwa Monte Erice, fejn spiċċa l-ewwel fil-klassi u id-19 mitt-300 kompetitur li saqu.

James Dunford u Darren Camilleri esperjenzaw problemi tekniċi, pero diġa bdew iħarsu il-quddiem għas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar