Motorsport
Motorsport: Susanne Fenech tinaħatar Segretarju Ġenerali; Jesmond Mangion jinħatar Viċi President tal-Federazzjoni Maltija

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana.

Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena li għaddiet kienu saru ħafna laqgħat mal-Gvern u awtoritajiet biex tinstab soluzzjoni fuq l-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu għall-membri tal-Federazzjoni meta jiġu biex jorganizzaw il-kompetizzjonijiet tal-motorsport u dwar il-proġett tat-trakka tal-Motorsport.

Il-Federazzjoni provdiet kull għajnuna possibbli biex titwettaq il-wegħda elettorali min-naħa tal-Gvern. Is-Sur Cini kompla jgħid li l-Gvern ikkommetta ruħu għal darb’oħra waqt il-qari tal-Budget 2020, meta qal li matul is-sena li ġejja se jkun f’pożizzjoni li jagħmel pass konkret fuq dan il-proġett.

Huwa kompla jgħid li t-talbiet mis-sewwieqa Maltin taħt l-iskema tal-“International Participation Scheme” ta’ SportMalta zdiedu għal aktar min 50% min 2015 ghal-2019.  Is-sistema ta’ tqassim tal-assistenza ta’ din l-iskema qed tkun iktar ġusta wara li ġiet introdotta sistema ta’ capping mill-Federazzjoni, b’kollaborazzjoni mas-SportMalta.

Matul il-laqgħa inqara wkoll ir-rapport finanzjarju mit-Teżorier, is-Sur Pierre Sammut li kien approvat mill-membri preżenti. Wara dan Il-laqgħa għaddiet għal-elezzjoni tal-uffiċjali. Kien hemm tliet postijiet li kellhom jiġu mimlija; dak ta Viċi President, dak ta Segretarju Ġenerali u dak ta Teżorier.

Is-Sur Jesmond Mangion ikkontesta b’suċċess il-post ta Viċi President, is-Sinjura Susanne Fenech ġiet eletta bħala Segretarja Ġenerali. Ħadd ma ikkontesta l-post ta Teżorier u għalhekk ġie approvat mill-membri li is-Sur Pierre Sammut ikompli jamministra l-finanzi tal-Federazzjoni sakemm jintmela il-post vakanti ta’ Teżorier.  Il-President tal-Federazzjoni ħabbar li se tissejjaħ laqgħa straordinarja biex jimtlew il-post ta Teżorier u ta Vici Segretarju, li ġie vakat mis-Sinjura Fenech meta ġiet eletta bħala Segretarja.

Aħbar importanti waqt din il-laqgħa kienet li l-Federazzjoni ħabret li l-Onorevoli, Membru Parlamentari, l-Avukat Manuel Mallia, li kien preżenti għal-laqgħa ġenerali tal-Federazjoni, offra is-servizzi tiegħu bħala konsulent legali tagħha.  Din l-aħbar ġiet milqugħa b’mod pożittiv mill-membri preżenti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Aktar