Motorsport
Motorsport: Team Maximum Lock bi spettaklu internazzjonali fl-Ingilterra

Team Maximum Lock hu tim li ġie ffurmat fl-2009 u jikkonsisti mit-tliet xufiera Maltin, Christian Bezzina, Mark Galea u Clint Abela.

Dawn ix-xufiera għandhom seba’ karozzi li bil-mod kif ġew magħmula u bil-ħila u t-talent speċjali tagħhom, irnexxielhom itellgħu spettakli ta’ stunts varji li jirrikjedu sewqan b’ħafna preċiżjoni.

Tul dan l-aħħar deċenju, dan it-Team wettaq diversi spettakli madwar id-dinja fejn anka kienu fost diversi xufiera ta’ fama mondjali.

Bla dubju li s-sena 2020 se tibda fuq nota pożittiva ħafna hekk kif dawn it-tliet xufiera ntalbu jsuqu f’Autosport International f’NEC, f’Birmingham, fl-Ingilterra, liema avveniment hu meqjus bħala l-akbar u l-aktar segwit fl-Ewropa. Dan se jkun qed jittella’ fuq mhedda ta’ erbat ijiem proprju mid-9 sat-12 ta’ Jannar 2020.

Is-sena għal TML tidher li se tkun impenjattiva ħafna hekk kif dawn ix-xufiera qegħdin jippjanaw li fix-xhur li ġejjin jintroduċu stunt oħra b’karozza ġdida li bħalissa qed tinbena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) organizzat Laqgħa Ġenerali Straordinarja fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju biex jimtlew il-karigi li kienu battala ta’ Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul l-EGM, għadd ta’ emendi għall-istatut tal-MMF ġew…

Motorsport

Il-Portugiż Antonio Felix da Costa rebaħ il-kampjonat dinji anki jekk fadal żewġ rawnds x’jinstaqu. Da Costa spiċċa fit-tieni post fir-raba’ tellieqa tas-sitt staġun tal-Formula E fiċ-ċirkwiet ta’ Tempelhof fil-Ġermanja. Is-sewwieq…

Motorsport

Iċ-champion renjanti Jonathan Rea tela’ fl-ewwel post tal-klassifika overall tal-kampjonat dinji tas-super bikes bit-tieni rebħa fit-tielet rawnd fiċ-ċirkwiet ta’ Autodromo Internacional ta’ Algarve. Rea kien diġà naqqas id-distakk minn mal-leader…

Motorsport

Is-sewwieq Malti Gianluca Dingli ikkompeta fl-ewwel tiġrija uffiċjali fis-sitt sena tiegħu fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport. L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Triscina fi Trapani. Dingli kkompeta fil-klassi Senior X30…

Aktar