Motorsport
Motorsport: Tim Malti ta’ ‘stunt drivers’ jisraq ix-xena f’Birmingham

Tim Malti ta’ Stunt Drivers, Team Maximum Lock, magħmul minn Clint Abela, Chris Bezzina u Mark Galea seraq ix-xena fi tmiem il-Ġimgħa f’Birmingham, fl-Ingilterra.

L-avveniment bl-isem Autosport Internationa sar fl-NEC, Birmingham bejn id-9 u t-12 ta’ Jannar 2020.

Din is-sena l-ispettaklu ċċelebra t-30 anniversarju tiegħu. Dan l-avveniment huwa popolari ħafna wkoll mad-dilettanti tal-motorsport Maltin li jżuruh kull sena.

Dan l-avveniment internazzjonali annwali jkopri l-oqsma kollha tal-isport, mill-karting sa Formula Wieħed fejn kienu esposti l-aktar innovitajiet fl-isport, it-teknoloġija tal-karozzi u inġinerija relatata mal-motorsport.

Team Maximum Lock taw 12-il wirja ta’ stunts u sewqan ta’ preċiżjoni matul l-avveniment fuq erbat ijiem.

Għall-istunts tagħhom it-tim uża 4 karozzi, 2 Nissan 350z u 2 Nissan Skylines.

L-impenn li jmiss għal-Team Maximum Lock se jsir fit-trakka ta Santa-Pod f’nofs ix-xahar id-dieħel, waqt avveniment imsejjaħ Stunt Fest.

Bħal fil-wirjiet kollha li Team Maximum Lock jagħtu ġewwa ir-Renju Unit, it-tim kien megħjun minn Bruce Fenech.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Alex Marquez rebaħ l-ewwel Moto GP tal-karriera tiegħu, biss is-suċċess tiegħu kien online u mhux fuq it-trakka. F’tellieqa li saret għall-ewwel darba wara li l-istaġun tal-Moto GP ukoll ġie sospiż…

Motorsport

Il-FIM ikkonfermat li ttieħdet id-deċiżjoni li tipposponi wkoll it-tieni Grand Prix tal-istaġun li kien se jiftaħ il-kampjonat 2020 wara li kien pospost ukoll l-ewwel Grand Prix tal-Qatar. It-tieni Grand Prix…

Motorsport

Sebastien Ogier rebaħ ir-Rally tal-Messiku għas-sitt darba fil-karriera tiegħu, f’rally li kienet differenti minn tas-soltu għaliex twaqqfet ħesrem is-Sibt. Minħabba r-restrizzjonijiet minn diversi pajjiż dwar l-ivjaġġar, ġie deċiż li r-rally…

Motorsport

Formula E: Kien is-sewwieq tat-team DS Techeetah Antonio Felix da Costa li rebaħ l-E Gran Prix li sar f’Marrakesh wara li kien beda mill-Pole position. Antonio Felix da Costa sar…

Aktar