Mountain Bikes
Mountain Bike: Etienne Bonello jirbaħ it-tielet u l-aħħar MMBA Summer Cup

Etienne Bonello rebaħ it-tielet u l-aħħar tellieqa tal-MMBA Summer Cup li saret is-Sibt 4 ta’ Settembru fil-Majjistral Park.

Ix-xita qawwija ftit sigħat biss qabel il-bidu tat-tellieqa kienet tfisser korsa iktar ta’ sfida għall-parteċipanti.

Bonello għamel ħin ta’ 53 minuta 55 sekonda.

Fil-Kategorija Sport Christian Zammit kien ir-rebbieħ assolut, wara li mexxa l-grupp mill-bidu minkejja tentattivi kuraġġużi minn Gordon Zahra. Fit-tielet post spiċċa Stephen Grima.

Ma kien hemm l-ebda sorpriża fil-kategorija tan-Nisa meta Marie Claire Aquilina għal darb’oħra ddominat.

Fil-Kategoriji tal-Junior ta’ taħt il-15-il sena, ir-rebbieħ kien Ryan Gatt filwaqt li Justin Micallef ħa l-ewwel post fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena.

Miktub minn...
TVM Sport