Ċikliżmu
Mountain Bike: Kundizzjonijiet ħżiena fit-tellieqa tat-Trustmoore National Point Series

Is-sħana qawwija li laqtet lil Malta nhar il-Ħadd li għadda, u it-terren tekniku u diffiċli,  kontribwixxew għal kundizzjonijiet diffiċli ferm fit-tielet tellieqa tat-Trustmoore National Point Series.  Il-kundizzjonijiet tat-temp ukoll ikkontribwew għal parteċipazzjoni kemm xejn diżappuntanti f’xi wħud mill-kategoriji.

Maurice Formosa (The Cyclist), kompla jiddomina is-Serje, biex b’hekk żamm postu fil-quċċata tal-klassifika ġenerali, minkejja l-kompetizzjoni qawwija miċ-ċiklisti Elite dakinhar.

Fil-Kategorija Elite, Mark Bonnici (Agones SFC) mexxa il-pass flimkien ma Formosa, Etienne Bonello (Team Greens) u Brandon Sultana (Gozo CC), kollha jiġġieldu għal post fuq quddiem. Bonello u Formosa iżda hadu posthom fuq quddiem meta waslu fl-ewwel parti teknika u wara l-ewwel dawra kienu Formosa, Mark Zammit (Mosta AF Sign Studio CC) u Brandon Sultana fuq quddiem. Min hemm Formosa ha postu, b’mod determinat, fuq quddim.  Warajħ izda kienu qedin jinbidlu il-postijiet. Zammit kien qed jgħati prestazzjoni tajba, li kien kważi cert post fuq il-podju iżda problemi tekniċi ġagħluħ jirtira. Bonello ukoll sofra problemi simili, fit tieni dawra, iżda rrnexilu jispiċċa it-tellieqa. Fit-tielet dawra Patrick Scicluna (FRM Racing Team Sicilia) jrnexxilu jaqbeż lil Sultana. Scicluna ta prestazjoni ffukata u kkalkulata sabiex ħa it-tieni post wara Formosa. Sultana daħal fit-tielet post.

Fil-Kategorija Masters 40+ Ramon Grech (Agones SFC) kien fuq quddiem il-ħin kollu biex irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu tal-istaġun. Hu kien segwit minn Paul Zarb (The Cyclist) u Marco Portelli. Fil-Kategorija Sport, Liran Ben Ari (Agones SFC) ħa l-ewwel post, segwit min Andrew Caruana u Dennis Dolci.

It-tellieqa tan-nisa kienet bejn Marie Claire Aquilina (Team Greens) u Marion Said Pullicino (Mosta AF Sign Studio), b’Aquilina tkompli tiddomina din il-Kategorija. Fil-Juniors Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio) kiseb rebħa oħra.

Fil-Kategorija li ġiet introdotta din is-sena, dik tal-E-Bikes, Christian Mangion kien fuq quddiem fl-ewwel dawra, iżda Robert Magro ħa il-vantaġġ fuq Mangion fil parti teknika.  Mangion sofra problemi tekniċi iżda rrnexxilu jnaqqas id-distakk bejnu u bejn Magro li rebaħ it-tellieqa.

“Il-kundizzjonjiet brutali u t-terren ta’ din it-tellieqa kkontribwixxew għal-parteċipazzjoni diżappuntanti li kien hemm f’din it-tellieqa – is-soltu jkun hemm iktar parteċipazzjoni kbira. Madanakollu l-azzjoni ma kinietx nieqsa” stqarr Pierre Zammit Endrich, President of the Malta Mountain Bike Association.

L-impenn li jmiss tal-membri tal-Malta Mountain Bike Association  ser tkun il-Hero Marathon, tellieqa li tinżamm fid-Dolomiti, tkopri distanza ta’ 86 kilometru u elevazzjoni ta’ 4500 metru.  Il-Hero hija kkunsidrata l-iktar tellieqa diffiċli tal-mountain bike fid-dinja. L-Assoċjazzjoni ser tkun irrapreżentat minn Marie Claire Aquilina, Mark Bonnici, Maurice Formosa, Mark Micallef, Anton Muscat, Patrick Scicluna and Paul Zarb.

It-Trustmoore Cross Country National Points Series hija sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjata minn Magri Cycles, Maypole, Go & Fun, H20nly u Jimmy Vella Fruit and Vegetables.

It-Tielet tellieqa tat- Trustmoore Cross Country National Points Series ser tinżamm nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju.   It-tlielaq jibdew fit-8:00 ta’ filgħodu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club, flimkien mal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali ospita l-BSJ Arch Criterium, ġewwa Fleur de Lys nhar il-Ħadd li għadda, bħala parti mill-programmi sportivi mnedija mir-Reġjun. It-tellieqa kellha erbgħin…

Ċikliżmu

Aktar minn 4,000 ċiklist minn 41 pajjiż differenti ħadu sehem f’tellieqa iebsa ta’ 86 kilometru fuq l-Alpi Taljani s-Sibt li għadda. Din kienet l-għaxar edizzjoni tal-BMW Hero li telqet minn…

Ċikliżmu

Il-Belġjan Wout van Aert rebaħ il-ħames stadju tal-Criterium du Dauphine biex b’hekk rebaħ żewġ stadji wara xulxin. Iċ-ċiklist tat-tim Jumbo-Visma għeleb l-isfida tal-Irlandiż Sam Bennett biex fl-isprint rebaħ l-istadju fuq…

Ċikliżmu

Fil-ġurnata lil Chris Froome jinsab l-Isptar għall-intervent kirurġiku wara li kien involut f’inċident fil-Criterium du Dauphine, illum ħarġet l-aħbar ta’ każ ieħor ta’ doping f’dan l-isport. Din id-darba kien l-Ispanjol Juan…

Aktar