Ċikliżmu
Mountain Bike: Maurice Formosa u Marie Claire Aquilina jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali tal-Cross Country fil-majjistral

L-istaġun tal-Cross Country fil-Mountain Bike  għall- 2019 ġie fi tmiemu l-Ħadd filgħodu meta l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ospitat il-Kampjonati Nazzjonali Trustmoore fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral, mgħaruf għaż-żoni esposti u tekniċi. Il-bidliet żgħar li saru kienu iktar tekniċi li għamlet ir-rotta aktar eċċitanti … u iktar iebsa.

Madwar 50 ċiklista ħadu sehem fid-diversi kategoriji. Kif kien mistenni, l-iktar kategoriji kkontestati kienu dawk tal-Elite u l-Open.

Maurice Formosa (The Cyclist) għalaq l-istaġun ta; suċċess billi żamm it-titlu ta’ċampjin. L-istaġun ta’Formosa kien kemm xejn wieħed diffiċli – kellu jirtira fl-ewwel tellieqa tal-istaġun u kellu jieqaf għal xi ġimgħat minħabba korriment. Madankollu, Formosa kien lest biex jiġġieled għar-rebħa.

Il-tellieqa ingħatat bidu bħas-soltu meta l-ewwel grupp fuq quddiem kien magħmul minn Formosa, Etienne Bonello (Team Greens), u duo mill-Agones Mark Bonnici u Jason Vella. Dan tal-aħħar kellu bidu daqxejn ħazin meta waqa fl-ewwel dawra, din il-waqa kkawżat xi problem mekkaniċi li telfu ħin prezzjuż. B’Vella, temporanjament jaqgħa lura, Patrick Scicluna ngħaqad mat-trio fuq quddiem. Fl-ewwel telgħa teknika kienu Formosa u Bonello li affermaw il-pożizzjonijiet tagħhom fuq quddiem. Fit-tieni dawra Formosa żied ir-ritmu tiegħu biex jikseb vantaġġ komdu fuq Bonello. Sadanittant, Vella għamel sforz massiv biex jerġa jikseb postu fuq quddiem, eżatt wara Formosa.  Formosa u Vella taw spinta miġġielda sabiex jgħatu waħda mill-iktar finituri eċċitanti li qatt ingħata fil-kategorija Elite.  Etienne Bonello spiċċa fit-tielet post.

“L-aħħar żewġ dawriet tat-tellieqa kienu l-aktar iebsin. Vella pproduċa prestazzjoni notevoli, biex jagħmel tajjeb għad-defiċit tal-ħin li sofra fl-ewwel dawra. Hu tani sfida serja u kien ta theddid għat-titlu”, stqarr Formosa wara it-tellieqa.

It-tellieqa ta’Marie Claire Aquilina (Team Greens) kienet mimlija problemi tekniċi fl-ewwel dawra u saħansitra kellha panċer fit-tieni dawra, madankollu l-esperjenza marbuta mal-ħila tagħha ratha tirritorna fit-tellieqa biex iżżomm it-titlu tagħha għal sena oħra. “It-terren impenjattiv jiġbed liċ-ċiklist li jieħdu pjaċir b’sfda bħal din. Hu dejjem tajjeb anke li tara uċuħ ġodda fix-xena” qalet Aquilina.

Il-Kategorija Open kienet maqsuma f’kategoriji ta’gruppi ta’ età  li rat taħlita interessanti ta’ parteċipanti. Fosthom kien hemm it-triatleta Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio C.C). Sant ingħaqad fil-komunita tal-mountain bike wara staġun tat-triathlon pożittiv ħafna. Sant rebħ il-Kategorija Open segwit miċ-ċiklista u t-triatleta veteran Brian Magri u Paul Zarb, it-tnejn li jirrappreżentaw lil The Cyclist.

Fil-Kategorija tal-Juniors Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio CC) ħa l-vantaġġ mill-bidu biex jirbaħ il-kategorija, filwaqt li Stefan Scerri (Gozo CC) ħa t-tieni post. Fil-Kategorija E-Bike, Robert Magro ħareġ rebbieħ ċar.

“Hekk kif l-istaġun tal-cross country jintemm, nista’ ngħid b’soddisfazzjon kbir li l-istaġun tal-2019 ta dak li riedu ċ-ċiklisti: rotot iebsa mifruxa madwar il-gżira, kompetizzjoni qawwija u mumenti ta’ dram fuq ir-rottot l-aktar tekniċi. Rajna uċuħ ġodda, wirjiet promettenti u sentimenti tajbin. Ma stajtx inkun iktar kuntent ”iddikjara l-President tal-Malta Mountain Bike Association Pierre Zammit Endrich. “Issa nħarsu ‘l quddiem lejn 2020 aktar imtejjeb. L-Assoċjazzjoni tesprimi l-gratitudni tagħha għal dawk kollha involuti, uffiċjali, voluntiera u ovvjament l-awtoritajiet għall-appoġġ tagħhom.

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-2019 tat-Trustmoore Cross Country kienu sponsorjati minn Trustmoore Corporate Services u appoġġati minn AF Sign Studios, Go & Fun, Maypole, Magri Cycles, Jimmy Vella u H20nly.

Riżultati

Elite 1st Maurice Formosa (The Cyclist)
2nd Jason Vella (Agones SFC)
3rd Etienne Bonello (Team Greens)

 

Ladies 1st Marie Claire Aquilina (Team Greens)
2nd Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio CC)

 

Sport 1st Bernard Sant (Mosta AF Sign Studio CC)
2nd Liran Ben Ari (Agones SFC)
3rd Dennis Dolci (Agones SFC)

 

Masters 40+ 1st Paul Zarb (The Cyclist)
2nd Domenic Cutajar (Gozo C.C.)
3rd Stephen Grima (Gozo C.C.)

 

Masters 50+ 1st Brian Magri  (The Cyclist)
2nd Enrico Brandamante (Agones SFC)
3rd David Pace

 

Juniors 1st Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio CC)
2nd Stefan Scerri (Gozo C.C.)

 

E-Bikes 1st Robert Magro
2nd Thomas Meachen
3rd Jonathan Falzon

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt taċ-ċiklist Franċiż Raymond Poulidor, magħruf l-aktar għal kemm-il darba kien viċin li jirbaħ it-Tour De France u falla bi ftit anki jekk rebaħ seba’ stadji. Poulidor kellu 83…

Ċikliżmu

Russ Mantle ta’ 82 sena sar l-ewwel Brittaniku li qadef miljun mil f’ħajtu. Mantle laħaq dan it-tragward f’67 sena, u dan għaliex beda jżomm il-mili li jagħmel bir-rota li kien…

Ċikliżmu

Ferħ kbir fil-Ġappun hekk kif iċ-ċiklist Ġappuniż Yukiya Arashiro b’sorpriża rebaħ is-Saitama Criterium. Iċ-ċiklist ta’ Bahrain-Merida kellu sfida qawwija minn Egan Bernal, ir-rebbieħ tat-Tour De France u Primoz Roglic iżda…

Ċikliżmu

L-organizzaturi tat-Tour De France żvelaw ir-rotta tat-tellieqa tas-sena d-dieħla li se jkollha l-ewwel tlajja ta’ muntanja fit-tieni ġurnata tagħha u li se tintemm bħas-soltu quddiem Champs Elysees. L-istadju ta’ qabel…

Aktar