Futbol internazzjonali
Mourinho qed jgħid li Paul Pogba huwa virus fit-tim ta’ Manchester UTD

Tkompli tisħon il-qiegħa f’Old Trafford, meta wara d-dro kontra Southampton bl-iskor ta’ 2-2, jidher li l-maniġer Jose Mourinho għajjar lill-Franċiż Paul Pogba ‘virus’ fid-dressing room. Il-frustrazzjoni tal-maniġer Portugiż laħqet livellim insapportabbli ma’ Pogba, tant li anke bagħat messaġġ lid-diriġenti tal-klabb fejn urihom ċar li qata’ qalbu minn dan il-plejer u ammetta li ma jistax isib tarf tiegħu.

Minn meta Mourinho ddeċieda li Pogba ma jibqax viċi captain tat-tim, ir-relazzjoni bejniethom marret il-baħar, imma fl-aħħar ġimgħat donnu li s-sitwazzjoni kienet ġejja għall-aħjar. Imma wara d-dro kontra Southampton, kollox reġa’ sar suf u issa kważi hemm ċertezza li xi ħadd minnhom ser ikollu jitlaq. Pogba qiegħed jinteressa kemm lill-Juventus u anke lill-Barcelona, imma Manchester UTD mistennija jitolbu somma tajba ta’ flus biex iħallu lil dan il-midfielder jitlaq.

Għal Mourinho s-sitwazzjoni xejn mhi pjaċevoli għaliex jaf li l-mannara naqra naqra dejjem nieżla fuqu, u jekk ir-riżultati ser jibqgħu ma jiġux, allura mhu ser ikun fadal l-ebda tama lanqas għall-maniġer Portugiż. Manchester United ser jilqgħu lill-Arsenal f’Old Trafford illejla, bil-Gunners ġejjin minn rebħa ta’ 4-2 fid-derby ta’ Londra kontra Tottenham Hotspur, u allura r-Red Devils bħalissa qishom kelb imweġġa’ li lest biex jigdem.

Mourinho min-naħa tiegħu donnu m’għandux aspirazzjonijiet kbar għal dan l-istaġun, tant li f’kummenti li għadda qal li Manchester United probabbli jirnexxilhom li għallinqas jispiċċaw fis-sitt post f’dan l-istaġun. Qal li hemm sitt timijiet li dejjem ser jokkupaw l-ewwel sitt postijiet fil-Kampjonat Premier Ingliż, u Manchester United huma wieħed minnhom, allura, mhemmx dubju li sal-aħħar tal-istaġun ser ikunu qabżu lill-Everton li bħalissa jinsabu fis-sitt post.

Manchester UTD jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika u jittamaw li llejla jkollhom riżultat pożittiv fil-logħba kontra Arsenal li ser tibda fid-21:00.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-UEFA Europa League, bi 13-il tim diġa’ għamluha għar-Round tat-32, filwaqt li 11-il tim ieħor għadhom iridu jgħaddu llejla. Il-logħba bejn Olympiacos u Milan ser tintwera…

Sports Internazzjonali

Grupp E Ajax  3 – 3  FC Bayern Munich F’logħba pjuttost bilanċjata u b’ Ajax forsi ftit aħjar, kien Lewandovski li kontra x-xejra tal-logħob fetaħ l-iskor fit-tlettax il-minuta għal Bayern…

Futbol internazzjonali

Iż-żewġ partiti minn Grupp Ġ bdew aktar kmieni mill- kumplament tal- logħob Quddiem il-pubbliku tagħhom fil-Bernabeu, Real qed tilfu 3-0 ma’ CSKA Moska: li daħlu jistrieħu tnejn minn fuq b’goals…

Futbol internazzjonali

L-eks plejer internazzjonali Paul Gascoigne caħad kategorikament li huwa ħebb għal mara fuq ferrovija li kienet qed tivvjaġġa bejn York u Durham. L-eks-plejer tat- tim nazzjonali Ingliż kien arrestat fl-istazzjon…

Aktar