Fight Sports
Muay Thai: L-ewwel ġlieda f’Malta waqt Gladiators 19

Dan ix-xahar f’Malta se ssir l-ewwel ġlieda bil-Muay Thai. Din il-ġlieda se tkun fost għadd ta’ ġlidiet ta’ kickboxing u K1 li se jsiru waqt Gladiators Fight Night 19.

Se jkun l-atleta Malti Jesred Piscopo minn Team Noel li jiġġieled l-ewwel ġlieda Muay Thai f’Malta nhar l-24 ta’ Marzu fil-Padiljun ta’ Kordin. Waqt l-aħħar serata tal-Gladiators, Piscopo kien rebaħ titlu Ewropew PRO/AM bi ġlieda K1.

Numru ta’ ġlidiet Professjonali diġà ġew ikkonfermati, fosthom dik taċ-champion Ewropew fil-K1, Keith Azzopardi, li s-sena l-oħra rebaħ it-titlu tal-WKN fi Franza.

Ġlidiet oħra ta’ livell għoli se jkunu jinkludu lil Chris Rotin minn Team Noel, u Shaun Falzon, Niclas Elfstedt u Hanrick Ejlertsson minn Malta Thai Boxing.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Fight Sports

Il-ġellied tal-mixed martial arts Conor McGregor kien arrestat f’Miami Beach, l-Istati Uniti, ilbieraħ. Dan wara li ddaħħal rapport fit-Turner Guilford Knight Correctional Center ta’ Miami li McGregor kien kisser telefon…

Fight Sports

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija. Malta kienet rapreżentata mill-Iskola…

Fight Sports

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541…

Fight Sports

Wara ħidma intensiva mill-Federazzjoni tat-Taekwondo f’Malta intgħażlu u tħejjew erba’ atleti Maltin għat-2018 World Taekwondo Junior Championships.    Jake Govus, Kylie Magro, Chloe Vassallo u Jerome Vassallo kollha kienu eliġibbli biex…

Aktar