Local Sports
‘Mumenti Sportivi’, programm ġdid minn għada t-Tnejn fuq Radju Malta

Minn għada jibda programm ġdid fuq Radju Malta 93.7FM bl-isem ta’ Mumenti Sportivi.

Il-kontenut ta’ dan il-programm ippreżentat minn Robert Busuttil jinkludi intervista ma’ xi plejer jew atleta leġġendarju, profili dwar klabbs u plejers, logħbiet storiċi u ħafna aktar.

Fil-programm t’għada li jixxandar fis-7.30pm intervista mal-ġurnalist veteran Henry Brincat kif ukoll profili dwar St George’s FC, Lev Yashin, Adelmo Paris u t-tazza tad-dinja 1970.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi niedew Sejħa għall-Għotjiet ta’ Boroż ta’ Studju għall-2020 bl-intenzjoni li jkompli jitkabbar l-investiment fl-Atleti…

eSports

Is-sewwieq Brandon Bonello rebaħ it-tielet tellieqa uffiċjali ta’ Gran Turismo Sport organizzata lokalment minn World Pro Racing flimkien mal-Malta Motorsport Federation. Tmien sewwieqa ħadu sehem fit-tellieqa fuq  15-il daqwra fiċ-ċirkwit…

Local Sports

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, Clifton Grima, isellem lill-ġurnalisti sportivi Maltin, illum 2 ta’ Lulju, fil-jum iddedikat għalihom. Hu saħaq li l-ġurnalisti u preżentaturi sportivi għandhom rwol importanti ħafna…

Aktar