Tennis
Murray, Khachanov u Davidovich Fokina jgħaddu għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Metz

Rebħa għall-Brittaniku Andy Murray fl-Open ta’ Moselle li qiegħed isir f’Metz, fi Franza. Murray għeleb lill-Franċiż Ugo Humber fi tliet sets. Wara li Humbert rebaħ l-ewwel sett 6-4, Murray irribatta fit-tnejn ta’ wara u rebaħhom 6-3, 6-2 rispettivament biex għadda għat-tieni rawnd. Issa ser jaffaċċja lill-Kanadiż Vasek Pospisil.

It-tieni rawnd ukoll għar-Russu Karen Khachanov li elimina lill-Franċiż Alexandre Muller fi tliet sets. Muller rebaħ l-ewwel sett 6-4, imma Khachanov rebaħ it-tnejn ta’ wara 6-1, 6-3. It-tieni rawnd ukoll għall-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina li għeleb lill-veteran Gilles Simon fi tliet sets.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA