International Sports
Nadal jirbaħ is-17-il Grand Slam tal-karriera

Roland Garros – Rafael Nadal, b’wirja mill-aqwa, warrab għal kollox l-isfida tal-Awstrijak Dominic Thiem u rebaħ il-11-il titlu tal-Open ta’ Franza fil-karriera tiegħu. Nadal rebaħ b’sets ta’ 6-4, 6-3 u 6-2. Dan kien is-17-il titlu Grand Slam li rebaħ Nadal fil-karriera tiegħu. Thiem kien qed jispera li jsir it-tieni Awstrijak fl-istorja li jirbaħ l-Open ta’ Franza.

Fi 11-il finali f’Pariġi fil-karriera tiegħu, Nadal tilef sitt sets biss biex b’hekk laħaq ir-rekord tal-aktar plejer li qatt rebaħ l-istess Open għal 11-il darba differenti, li kien ta’ Margaret Court fl-Open tal-Awstralja fis-snin 60 u 70. Dan it-tournament Grand Slam kien is-sitt wieħed wara l-ieħor li ntrebaħ minn Nadal jew Roger Federer.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-edizzjoni tal-lejla ta’ TVM Sport fid-8.45pm fuq TVM2 se tkun dedikata kollha kemm hi għad-39 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. L-edizzjoni ta’ din is-sena li se tkun qed tfakkar il-50…

International Sports

F’Jersey fiċ-Channel Islands għada u l-Ħadd, l-ewwel tappa tal-edizzjoni 2018-19 tas-Super League Triathlon li jlaqqa’ l-aqwa atleti nisa u rġiel tad-dinja f’din id-dixxiplina. Il-league jikkonsisti f’ħames tappi b’kollox: bit-tieni waħda…

International Sports

L-Amerikana Courtney Conlogue rritornat lura f’darha bil-kbir meta rebħet l-Open tal-Istati Uniti, is-seba’ round fil-Kampjonat Dinji tas-Surf, meta għelbet lill-Awstraljana Stephanie Gilmore. Conlogue, li s-sena li għaddiet spiċċat fir-raba’ post,…

International Sports

Diversi nies inġabru ħdejn ix-xmara pittoreska ta’ Lucerne fl-Iżvizzera, fejn hemmhekk saru r-Red Bull Cliff Diving World Series. Minn għoli konsiderevoli, diversi għawwiema għamlu l-qabża, bis-sitt darbiet ċampjin Gary Hunt,…

Aktar