Tennis
Nadal jirtira mill-Open tal-Istati Uniti

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa.

Nadal rebbieħ tal-aħħar edizzjoni ħabbar li mhux se jieħu sehem f’dan it-turnament li se jibda fil-31 ta’ Awwissu fi New York. Bħal Nadal, anki n-numru wieħed tan-nisa Ash Barty irtirat minn dan it-turnament minħabba l-pandemija tal-COVID 19.

Fl-Istati Uniti hemm iktar minn 4 miljun każ ta’ persduni nfettati, u madwar 157 elf persuna tilfet ħajjitha.

Nadal rebbieħ ta’ 19-il titlu Grand Slam, qal li ma ħassx li kellu jivvjaġġa f’dan il-perjodu. Nadal qal li ma jeskludix li iktar tennisti jirtiraw fil-jime li ġejjin iżda hu awgura li t-turnament jintlagħab regolarment.

Minbarra l-Open tal-Istati Uniti, huma biss il-Masters ta’ Ruma u l-Open ta’ Franza li għadhom skedati fuq il-kalendarju tal-ATP ta’ din is-sena.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra

Novak Djokovic kellu jitħabat mhux ħażin biex fl-Open tal-Italja għamilha għall-finali. Fis-semifinali kontra n-Norveġiż Casper Ruud, is-Serb irnexxilu jirbaħ b’żewġ sets, 7-5, 6-3. F’kundizzjonijiet xejn feliċi, fejn ir-riħ lagħab parti…

Iċ-Champion tal-Open tal-Istati Uniti Naomi Osaka mhux se tkun qed tikkompeti fl-edizzjoni tal-Open ta’ Franza li jmiss minħabba injury fil-hamstring. Il-Ġappuniża ta’ 22 sena weġġgħet fil-partita li kellha kontra Victoria…

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic qal li ma jistax iwiegħed li matul il-karriera tiegħu ma jerġax jagħmel l-istess żball li swielu l-Open tal-Istati Uniti. Ftit tal-jiem ilu s-Serb kien skwalifikat…

Aktar