International Sports
Nadal u Djokovic fil-kwartifinali

Rafa Nadal kompla bit-triq għall-10 titlu fil-karriera tal-Open tal-Italja meta għeleb lil Denis Shapovalov fi tliet sets kumbattuti. Nadal tilef l-ewwel set 3-6, iżda rebaħ it-tieni set 6-4, kif ukoll it-tielet u l-aħħar set permezz ta’ tie-break.

Stefanos Tsitsipas ukoll avvanza għall-kwartifinali meta għeleb lit-Taljan Berrettini 7-6, 6-2.

Għaddew ukoll mal-aħħar tmienja Novak Djokovic li għeleb lill-Ispanjol Davidovich Fokina 6-2, 6-1, u Alexander Zverev li għeleb lil Kei Nishikori 4-6, 6-3, 6-4

Miktub minn...
Chris Cassar