Futbol lokali
Nadur Youngsters ippreżentati bit-tazza ta’ Champions BOV Gozo Football League 2019/20

Il-Gozo Football Association ippreżentat it-tazza ta’ champions tal-BOV Gozo Football League 2019/20 lil Nadur Youngsters f’ċeremonja qasira. Din il-preżentazzjoni setgħet issir wara li l-kunsill tal-Malta Football Association ikkonferma d-deċizjoni tal-Gozo Football Association li Nadur Youngsters ikunu inkurunati champions billi kienu fl-ewwel post tal-klassifika meta kien terminat il-kampjonat.

Il-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni kien terminat meta kienu ntlagħbu ħmistax-il ġurnata u meta t-timijiet kollha kien għad fadlilhom jilagħbu sitt logħbiet kull wieħed.  Għalhekk il-klassifika finali tal-kampjonat spiċċat b’Nadur Youngsters bi tnejn u erbgħin punt u dikjarati champions għat-tnax -il darba fl-istorja tal-Club, u Xewkija Tigers spiċċaw fit tieni post. Minħabba d-deċiżjonijeit tal-Gozo Football Associaton u tal-Malta Football Association ma kien hemm l-ebda tim li ġie relegat.

Il-preżentazzjoni tat-Tazza saret mid-Direttur tal-Bank of Valletta responsabli mill-attivita tal-bank f’Għawdex is-Sur Horace Laudi u mill-President tal-Gozo Football Association Dr Samuel Azzopardi lil-captain ta’ Nadur Youngsters Shaun Attard u fil-presenza tal-President ta’  Nadur Youngsters Joseph Portelli u s-Segretarju ta’ Nadur Youngsters Jean Pierre Saliba.

F’din l-okkażjoni ħadna l-kummenti tal-kowċ ta’ Nadur Youngsters Mark Buttigieg u tal-President ta’ Nadur Youngsters Joseph Portelli.

Klassifika Finsli GFA BOV Gozo Football League l-ewwel diviżjoni 2019/2020

                                P         Pts

Nadur Youngsters FC        15    42

Xewkija Tigers FC        15    34

Victoria Hotspurs FC        15    28

Għajnsielem FC        15    25

Kerċem Ajax FC        15    19

Xagħra United FC        15    11

SK Victoria Wanderers    15    10

Għarb Rangers FC        15    7

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar