Futbol lokali
Nadur Youngsters jirbħu l-GFA Super Cup

Victoria Hotspurs     0

Nadur Youngsters    3

L-istaġun tal-futbol Għawdxi elfejn u dsatax, elfejn u għoxrin beda uffiċjalment il-Ġimgħa bil-finali tas-Super Cup li kienet ikontestata miċ-Champions u rebieħa tal-BOV GFA Cup tal-istaġun li għadda Victoria Hotspurs, u Nadur Youngsters li kienu finalisti telliefa tal-BOV GFA Cup.  F’din il-finali Nadur Youngsters ikonfermaw l-ambizzjonijiet tagħhom li jkunu sfidanti serji għall-unuri ewlenin tal-futbol Għawdxi billi kisbu rebħa konvonċenti ta’ tlieta b’xejn kontra Victoria Hotspurs u rebħu l-ewwel unur tal-istaġun.  Din kienet it-tmien darba li Nadur rebħa dan l-unur.

Nadur dehru aktar organizzati mill-avversarji mill-ewwel fażijiet tal-partita u fi tlett okkażjonijiet separati kienu sfortunati meta tenativi ta’ Marcelo Barbosa, Predrag Dordevic u Shaun Attard kienu mwaqfa mill-lasti.

Nadur fetħu l-iskor minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta r-referee Matthew Degabriele ordna penalty war li d-difensur Jason Pace mess il-ballun b’idu wara kross mill-bogħod u Marcelo Barbosa għeleb lil gowlkeeper bix-xutt mill-ħdax-il metru.  Victoria Hotspurs sabuha diffiċli sabiex jwettqu reazjoni fit-tieni taqsima filwaqt li Nadur baqgħu jamministraw u rrnexielhom jirduppjaw fl-erbgħa u ħamsin minuta permezz ta’ konlużjoni mill-viċin tad-debutant Johan Alberto Castano wara kross fil-bxx ta’ Marcelo Barbosa.

Nadur pratikament aċċertaw mir-rebħa bit-tielet gowl li wasal fl-erbgħa u sebgħin minuta permezz ta’ xutt minn posizzjoni angolata ta’ Chris Camilleri bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka.  Victoria Hotspurs setgħau naqsu d-distakk sitt minuti minn tmiem il-partita meta r-referee ordna penalty għall-hands ta’ Castano f’azzjoni konfuża fil-kaxxa ta’ Nadur, iżda Elton Da Silva kellu x-xutt mill-ispot kick li spiċċa ma’ sieq il-lasta.

Fi tmiem il-partita saret il-presentazzjoni ta’ medalji u tazzi lil uffiċjali tal-logħba u lil plejers taż-żewġ timijiet fost ċ-celebrazzjonijet tal-partitarji ta’ Nadur Youngsters li kienu qed jirbħu unur ewlieni tal-futbol Għawdxi wara erbgħa snin.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar