Futbol internazzjonali
‘Naħseb li se nbiddel xi players u anke s-sistema’ – Ray Farrugia lejliet il-logħba Malta – Rumanija għada fid-8.45pm

Logħba diiffċili oħra għat-team nazzjonali Malti f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni hekk kif l-avversarju li jmiss huma r-Rumanija. Ray Farrugia hu konxju ta’ dan u filwaqt li qed jittama li jirkupra fil-ħin lid-difensur ċentrali Steve Borg li qalla daqqa f’irkoptu fit-tieni taqsima kontra l-Iżvezja qed iħejji sabiex jserraħ lil xi players, juża oħra li ma lagħbux f’Solna u fl-istess waqt qed iberren f’rasu saħansitra li jbiddel is-sistema tattika u ma jilgħabx b’ħamsa fuq wara.

Fil-konferneza Stampa li saret illum waqt ħin l-ikel u li għaliha ma attenda ebda ġurnalist rumen mill-15 li hawn Malta jsegwu t-team Nazzjonali Rumen, Ray Farrugia tenna li għalkemm ma’ kienx sodisfatt għal kollox wara l-logħba tal-Iżvezja qal li kien hemm ir-rieda ta’ reazzjoni fl-ewwel taqsima meta konna minn taħt. Meta mistoqsi dwar ir-rwol ta’ Jake Grech, Farrugia ddefenda l-player billi qal li dan lagħab f’dak ir-rwol regolari mal-Hibernians iżda ametta li seta’ ta iktar nhar il-Ġimgħa.

Fuq l-inklużjoni ta’ Kyrian Nwoko biss fil-71 minuta Farrugia qal li t-testijiet tal-jiem ta’ qabel urew li l-player ta’ Valletta ma kienx fl-aħjar kundizzjoni.

Iż-Żau tkellem ukoll li għal dawn iż-żewġ logħbiet ma setax juża l-players kollha hekk kif kien hemm Michael Mifsud li ħass il-hamstring u tħalla Malta jirkupra għal għada, Matthew Gullaimier barra totalment kif inhu barra wkoll Jonathan Caruana li jidher li weġġa’ daru u għandu skond hu ‘slip disk’

Hu rrimarka li jemmen li l-wirja ta’ kontra r-Rumanija se tkun ferm aħjar min dik kontra l-Iżvediżi minkejja li r-Rumeni jilgħabu football aktar produttiv

Fil-Konfernenza Stampa tkellem ukoll Juan Corbolan li t-Tnejn kontra r-Rumanija mistenni jilgħab it-tmiem logħba man-Nazzjonal. Skond hu għada t-team se jieħu xi ħaġa żgur minn din il-logħba.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Francesco Totti illum indirizza konferenza stampa li fiha ħabbar uffiċjalment li rriżenja minn diriġent tal-Club tas-Serie A ta’ Roma. Totti qal li kien bagħat email lill-Kap Eżekuttiv tal-Club jinfurmaħ li…

Futbol internazzjonali

Meta Juventus għadhom lanqas biss ippreżentaw lil Maurizio Sarri bħala l-kowċ il-ġdid lill-media, it-Taljan jidher li diġa’ wera’ x-xewqa tiegħu mad-diriġenti dwar liema plejers jixtieq li jingħaqdu miegħu fil-ġimgħat li…

Futbol internazzjonali

GRUPP B Paragwaj 2 Qatar 2 Il-Qatar kellhom jiġu minn żewġ gowls minn taħt biex ħadu punt kontra l-Paragwaj fl-ewwel logħba minn Grupp B. Il-Paragwaj fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, meta…

Futbol internazzjonali

L-Internazzjoanli Franċiż Paul Pogba ħasad lil kulħadd dalgħodu hekk kif ħarġet intervista li fiha hu qal li jixtieq esperejnza ġdida fil-karriera tiegħu fejn ta’ x’wieħed jifhem li mhux se jkompli…

Aktar