International Sports
Nanna Awstraljana taqbeż minn erbatax -il elf pied

Nanna Awstraljana li tgħodd xejn inqas minn mija u sentejn saret l-aktar skydiver xwejħa li qatt qabżet minn ajruplan. Filfatt din l-anzjana kuraġġuza qabżet minn għoli ta’ erbatax-il elf pied. L-iskop tal- qabza kien li titqajjem kuxjenza u jinġabru fondi għall- Motor Neurone Disease Association of South Australia. Tajjeb wieħed jgħid li Irene tilfet lil bintha għal din l-istess marda u għalhekk hassitha fid-dmir li tagħmel xi ħaga.

Irene O’Shea kienet diga qabżet meta kienet għalqet mitt sena u reġgħet irrepetiet il-qabża fl-elfejn u sbatax. It-tlett qabżiet saru taħt is-superviżjoni ta’ SA Skydiving.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar