Tennis
Naomi Osaka issir l-aktar sportiva femminili mħallsa fid-dinja

It-tennista Naomi Osaka saret l-aktar sportiva femminili mħallsa fid-dinja.

Osaka telgħet fl-ewwel post tal-klassifika ta’  Forbes u saħansitra ħadet post it-tennista Serena Williams.

Osaka, ta’ 22 sena, għamlet ftit iktar minn €34 miljun fl-aħħar 12-il xahar.

Dawn huma miljun u nofs aktar minn Serena Williams.

It-tnejn li huma qabżu l-aktar atleta li qatt tħallset f’sena li ironikament kienet ġejja mit-tennis ukoll, Maria Sharapova, li fl-2015 kienet għamlet €27 miljun.

Minn meta Forbes bdew jagħmlu din il-lista tal-atleti femminili l-aktar li qalgħu flus, il-plejers tat-tennis dejjem iddominaw.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Iċ-Champion tal-Open tal-Istati Uniti Naomi Osaka mhux se tkun qed tikkompeti fl-edizzjoni tal-Open ta’ Franza li jmiss minħabba injury fil-hamstring. Il-Ġappuniża ta’ 22 sena weġġgħet fil-partita li kellha kontra Victoria…

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic qal li ma jistax iwiegħed li matul il-karriera tiegħu ma jerġax jagħmel l-istess żball li swielu l-Open tal-Istati Uniti. Ftit tal-jiem ilu s-Serb kien skwalifikat…

L-Awstrijak Dominic Thiem rebaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera tiegħu meta rnexxielu jiġi minn żewġ sets minn taħt biex għeleb lill-Ġermaniż Alexander Zverev fl-Open tal-Istati Uniti. Qabel il-finali Thiem qal li…

Tennis US Open: It-tennista Ġappuniża Naomi Osaka rebħet il-finali tat-tournament tas-singles tan-nisa tal-Open tal-Istati Uniti meta rebħet kontra Victoria Azarenka tal-Belarus. Dan kien it-tielet titlu Grand Slam għat-tennista ta’ 22…

Aktar