Olimpijadi TOKYO 2020
Naomi Osaka tfaħħar id-deċiżjoni tal-Gvern Ġappuniż u tal-KOI

It-Tennista Ġappuniża player Naomi Osaka, li kienet il-wiċċ uffiċjali tal-istrateġija ta’ Marketing tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż bħala preparazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 ħarġet tiddefendi d-deċiżjoni li jkunu posposti l-Olimpijadi.

Osaka, li rebħet l-Open tal-Istati Uniti fis-sena 2018 u l-Open tal-Awstralja tas-sena 2019 qalet li huwa ovvju li hi tinsab diżappuntata bħal ħafna b’din id-deċiżjoni iżda tal-opinjoni li kienet l-aħjar deċiżjoni li setgħet tittieħed fil-mument.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.