Futbol internazzjonali
Napoli f’kaos totali.. Ancelotti jista jitkeċċa

Inkwiet kbir għall-klabb ta’ Napoli bid-diriġenza li lesta li tieħu azzjonijiet legali kontra l-players tagħha stess wara li dawn u bl-appoġġ tal-kowċ Carlo Ancelotti rrifjutaw ordni li jerġgħu jinġabru f’daqqa għar-ritiro minflok imorru d-dar, mossa li milli jidher ġiet interpretata mill-istess players Naplitani bħala mizura ta’ dixxiplina ordnata mill-klabb fid-dawl tal-perjodu negattiv li t-team għaddej minnu u li kompla t-Tlieta filgħaxija bid-draw 1-1 f’darhom fil-UEFA Champions League kontra Salzburg tal-Awstrija.

Il-players b’Ancelotti jappoġġjhom issa jinsabu f’tilwima taħraq mal-President tal-klabb Aurelio De Laurentiis, liema sitwazzjoni tista anke teskala u twassal għal konsegwenzi serji għall-Partenopej fil-kumplament tal-istaġun.

Rapporti saħansitra qed jgħidu li l-Erbgħa filgħaxija De Laurentiis kien għaddej f’taħdidiet mal-avukati tiegħu fit-tentattiv li b’mod immedjat iħassar il-kuntratt li għandu l-kowċ, fi kliem ieħor Ancelotti jisfa mkeċċi mill-kariga tiegħu bħala kowċ ta’ Napoli.

L-istess ex kowċ ta’ Real Madrid u Chelsea fost l-oħrajn wara l-partita tat-Tlieta filgħaxija kontra Red Bull Salzburg anke skarta d-doveri tiegħi milli kif jiġri dejjem jagħti ntervisti u kummenti mal-membri tal-istampa.

Dak li segwa kien terġa agħar u bla preċedent bil-players Naplitani jieħdu d-deċizjonijiet b’idejhom, minn jeddhom u kontra l-ordnijiet tal-klabb, meta fi tmiem il-partita minflok kif kienu ordnati li jagħmlu nġabru lura għar-ritiro li kien ilu li beda minn qabel il-bidu tal-ġimgħa, qabdu u b’mod separat telqu lura lejn id-dar.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus…

Futbol internazzjonali

Wara l-aħbar li żvela TVM Sport ftit tal-jiem ilu tal-possibbiltà tajba li AC Milan jiġu f’Malta għal training camp wara l-Milied, issa fl-Italja ħarġet l-aħbar li anki t-tim ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Il-Messiku u l-Brażil ser jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-sbatax il-sena. Fl-ewwel semi finali tal-bieraħ il-Messik għaddew għas-spejjeż tal-Olanda wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1 fejn…

Futbol internazzjonali

Marcello Lippi irreżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż dan wara li huma tilfu kontra s-Sirja bl-iskor ta’ 2-1 f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022. Iċ-Ċina bħalissa jinsabu fit-tieni post…

Aktar