Futbol lokali
National Amateur League: Rebħa għall-Mellieħa

National Amateur League Grupp A

Ta’ Xbiex ……0

Mellieħa …….3

Luxol Ground

Rebħa meritata għall-Mellieħa li iddominaw il-konfront sa mill-bidu. Mellieħa fetħu l-iskor fit-32 minuta, hekk kif Polidano deher imiss il-ballu b’idejh, ir-referee Minic jordna l-penalty biex mill-11-il metru David Fenech ipoġġi lil Mellieħa 1-0.  Minuta qabel l-intervall Mellieħa jirduppjaw. Mezza rabuxxata spettakolar ta’ Luke Mallia tegħleb għall-kollox lil Schembri għall-2-0. 

9 minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Mellieħa jżidu goal ieħor, kien throughpass ta’ Cutajar lejn Hinrichs li jaqbeż lil Schembri u jixħet il-ballun f’lasta vojta.  Hekk baqa’ r-riżultat sal-aħħar u 3 punti ferm importanti għall-Mellieħa u Ta’ Xbiex baqgħu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr l-ebda punt. 

 

 

Referee Stefan Minic

Miktub minn...
TVM Sport
.