FILMAT: Naumowski iċaħħad lil Birkirkara mill-ewwel rebħa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Birkirkara…………3

Balzan………………3

Il-gowlkiper Kristijan Naumowski ċaħħad lill-eks tim tiegħu Birkirkara mill-ewwel rebħa staġjonali meta skorja gowl drammatiku għal Balzan fl-aħħar sekondi tal-logħba. Kienet partita ferm sabiħa fejn rajna xejn inqas minn sitt gowls.

Wara 6 minuti logħob Balzan marru fil-vantaġġ meta l-eks Luke Montebello b’xutt verament mill-isbaħ, tefa’ il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fl-14 –il  minuta żewġ tentattivi ta’ Michael Mifsud, bl-ewwel xutt ġie salvat b’diffikulta minn Naumovski u t-tieni wieħed spiċċa barra.

Fi 19 –il minuta free-kick għal Balzan li ngħata minn Correa Duarte li spiċċa ftit għoli mil- lasti ta’ Andrew Hogg.

Fil-35 minuta xutt insidjuż ta’ Luke Montebello għadda għoli, sabiex żewġ minuti wara it-tim Karkariż kiseb il-gowl ta’ dro meta Miguel Angel Alba kompla lejn Federico Falcone li b’xutt fil-baxx għeleb lil Naumovski. Ftit qabel spiċċat l-ewwel taqsima B’Kara marru fil- vantaġġ, meta xutt ta’ Miguel Angel Alba ma kienx miżmun tajjeb minn Naumovski li żelaqlu il-ballun u spiċċa ġewwa.

Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu aħjar u fis-57 minuta huma kisbu il-gowl ta’ dro meta b’xutt mill-isbaħ Ricardo Correa Duarte minn tarf il-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil Hogg isalva.

Fis-76 minuta wara azzjoni ta’ korner għal B’Kara, ix- xutt fil-baxx ta’ Michael Mifsud ġie imblukkat minn Naumovski bis-sieq u żewġ minuti wara xutt fuq il-ġirja ta’ Prado Caio u l-goalkeeper ta’ Balzan dawwar f’korner.

Erba minuti minn tmiem il-partita B’Kara reġgħu marru fil-vantaġġ meta ngħataw penalty. Kien Ryan Scicluna li waqqa’ lil Prado Caio fil-kaxxa u mill-11 il-metru Miguel Angel Alba għeleb lil Naumovski.

Fil-ħin miżjud Balzan kisbu il-gowl, wara azzjoni ta’ korner ta Lydon Micallef tela’ il-goalkeeper Naumovski u daqqa ta’ ras gheleb lil Andrew Hogg.

Riżultat finali : B’Kara FC 3 v Balzan FC 3.

Referee : Philip Farrugia.

BOV Player tal partita : Ricardo Correa Duarte ( Balzan FC ).

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira għat-tkomplija ta’ La Liga fi Spanja meta fil-11 ta’ dan ix-xahar mistenni jitkompla l-logħob ta’ dan l-istaġun. Barcelona ser ikomplu bid-difiża għat-titlu barra minn darhom kontra Real Mallorca…

Atletika

Tħabbret il-mewt ta’ Bobby Joe Morrow, fost l-aqwa sprinters fl-Istorja tal-atletika. L-Amerikan kellu 84 sena. Morrow kien l-ewwel sprinter fl-Istorja li rebaħ tliet Midalji tad-Deheb fil-Logħob Olimpiku. Fl-1956, fl-Olimpjadi ta’…

Futbol internazzjonali

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri. F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers…

Futbol lokali

F’intervista ma’ TVMSport li se tixxandar illejla, Victor Sciriha kkonferma li se jibqa’ President ta’ Valletta FC u mhux se jkun qed jitlaq il-kariga qabel ma fi kliemu jara “li…

Aktar