Nazzjonal: Llywelyn Cremona fl-iskwadra proviżorja

TVM Sport hu nfurmat li ċ-ċentru tekniku tal-MFA permezz tal-kowċ Nazzjonali ħejja l-lista ta’ players li se jkunu qed jiffurmaw l-iskwadra proviżorja tat-team Nazzjonali Malti għall-impenn doppju kontra n-Norveġja u l-Italja x-xahar id-dieħel.

Għal dawn iż-żewġ logħbiet fi spazju ta’ tlitt ijiem fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Ghedin sejjaħ għall-ewwel darba lill-player żagħżugħ ta’ Valletta Llewelyn Cremona. Ghedin sejjaħ lura fl-iskwadra proviżorja lil Clifford Gatt Baldacchino ta’ Sliema. Roderick Briffa ta’ Valletta jinsab lura biċ-ċans li jirbaħ post mat-22 player hekk kif irkupra mill-injury li kellu. Id-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana għalissa mhuwiex fl-iskwadra Nazzjonali minħabba li għadu ma rkuprax totalment mill-operazzjoni li għamel fil-groin ftit tal-ġimgħat ilu iżda jista jagħti l-każ li jkun fl-iskwadra kontra l-Italja.

Malta tilgħab kontra n-Norveġja il-Ġimgħa 10 ta’ Otturbu u kontra l-Italja it-Tnejn 13 ta’ Ottubru biż-żewġ l-logħbiet jibdew fid-8.45pm u jixxandru dirett fuq TVM2.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Futbol lokali

Qormi Hotspurs serqu x-xena f’din is-sitt ġurnata tal-kampjonat tal-MAFA tal-Ewwel Diviżjoni meta b’gowl uniku skorjat lejn l-aħħar parti tal-logħba huma għelbu lil-liders Versity AFC. Minnufih approfittaw ruħhom Senglea Gunners li…

Aktar