Basketball
NBA: Imut il-kowċ leġġendarju Eddie Sutton

Tħabbret il-mewt ta’ Eddie Sutton, il-kowċ leġġendarju ta’ Oklahoma State u riċentament persuna nominata għall-Hall Of Fame.

Sutton kellu 84 sena u miet f’darhu, f’South Tulsa, f’Okla.

Il-mewt ta’ Sutton kienet waħda naturali.

Sutton ikkowċja wkoll lil Cowboys għal 16-il sena u jinsab fit-tieni post tar-rankings bħala l-aktar kowċ li għandu rebħ fl-NBA, eżattament 368 waħda.

Miktub minn...
TVM Sport