Waterpolo
Neptunes Champions tal-Kampjonat Premier u M’Skala tal-Ewwel Diviżjoni

Neptunes huma ċ-Champions tal-Waterpolo dan wara li fit-tieni play off tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo huma għelbu lil Sliema 14-10

L-ewwel sessjoni ntrebħet minn Sliema bl-iskor ta’ 4-2 b’Neptunes jirbħu t-tieni waħda 4-1. It-tielet sessjoni intrebħet ukoll minn Neptunes 5-3 bl-aħħar sessjoni tintrebaħ ukoll miċ-Champion il-ġodda 3-2.

Steve Camilleri kellu partita kbira għal Neptunes fejn kien l-aħjar skorer b’sitt gowls.Aktar kmieni M’Scala Fish and Fish ġew dikjarati Champions tal-Ewwel Diviżjoni dan wara li huma għelbu lil Valletta Videoslots wara l-għoti tal-penalties hekk kif il-logħba kienet spiċċat fi draw ta’ 13-13. Huma kienu rebħu l-ewwel logħba biex b’hekk rebħa tnejn minn tlieta u b’hekk rebħu l-Kampjonat.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar