X

Neptunes jirbħu l-kampjonat tal-Waterpolo 2018, il-25 wieħed fl-istorja

Waterpolo hekk kif illum intlgħabet it-tielet u l-aħħar logħba li kienet deċiżiva bejn San Ġiljan u Neptunes għar-rebħ tal-kampjnat 2018, finali li fiha Neptunes rebħu bl-iskor ta’ 7-6 bil-goal deċiżiv skorjat fir-raba’ u l-aħħar sessjoni minn Gabriel Pace. Quddiem folla kbira fil-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq Neptunes temmew is-serje ta’ tliet logħbiet ta’ din il-finali meta rebħu il-partita deċiżiva sabiex rebħu l-kampjonat.

Dan hu l-25 kampjonat mirbuħ minn Neptunes fl-istorja tal-Club. Min naħa ta’ San Ġiljan dawn itemmu l-kampjonat fuq nota negattiva meta sofrew it-tielet telfa tal-istaġun u tilfu l-kampjonat. San Ġiljan u Neptunes issa jerġgħu jilagħbu nhar it-Tlieta kontra xulxin fil-finali tal-komeptizzjoni tan-Knock Out.

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.