Waterpolo
Neptunes u Sliema fis-semifinali tan-KO tal-Kampjonat BOV Premier, filwaqt li Exiles jgħaddu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

BOV KO Kwartifinali

Valletta Izibet  6-14  Neptunes

Neptunes ma sabux diffikultà biex għelbu lil Valletta u għamluha għas-semifinali tan-knockout tal-Premier fl-aħħar logħba tal-ġurnata fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Neptunes għelbu lil Valletta bl-iskor kbir t’14-6. Neptunes rebħu s-sessjonijiet kollha: 5-1, 4-2, 3-2, 2-1.

L-aqwa skorer għal Neptunes kien Jordan Camilleri, b’Jake Muscat, Gabriel Pace u Steven Camilleri jiskurjaw żewġ gowls kull wieħed. Għal Valletta l-iskorers kienu kollha differenti.

Luca Bianco u Alex DeRaffaele kkontrollaw dan il-konfront.

 

Birżebbuġa Freeport  4-11  Sliema Frank Salt Real Estate

Fil-logħba tan-knockout tal-Kampjonat Premier, Sliema kienu b’saħħithom wisq għal Birżebbuġa meta rebħulhom 11-4.

Għal Sliema kienet logħba pjuttost konvinċenti, b’Matthew Mifsud, Jamie Gambin u Zach Mizzi jiskurjaw tliet gowls kull wieħed, u allura skurjaw disgħa mill-11-il gowl tat-tim tagħhom. Sliema rebħu s-sessjonijiet kollha: 3-1, 3-1, 2-0, 3-2.

Ir-referees tal-logħba kienu Richard Magri u Attilio Paoletti.

 

Marsaxlokk Browns  9-10  Exiles

Kellu jkun gowl wieħed id-differenza li ta rebħa lil Exiles fuq Marsaxlokk u passaġġ għas-semifinali tal-kompetizzjoni tal-Ewwel Diviżjoni wara li rebħulhom 10-9.

L-ewwel sessjoni marret favur Exiles 4-3, imma fit-tieni waħda Marsaxlokk għamlu l-iskor indaqs meta rebħuha 3-2. Fit-tielet sessjoni t-timijiet baqgħu f’parità meta temmew 1-1 u kellha tkun ir-raba’ sessjoni li ddeċidiet il-konfront meta Exiles rebħuha 3-2.

L-aqwa skorers għax-Xlukkajri kienu Kyle Cremona u Matteo Cacici li skurjaw tnejn kull wieħed, filwaqt li għal Exiles, Nicky Paris u Max Aquilina skurjaw tlieta kull wieħed.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referees Stefan Licari u Luca Bianco.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA