Futbol internazzjonali
Netflix b’film dokumentarju ġdid dwar il-ħajja ta’ Pelè

Il-leġġenda tal-Brażil Edson Arantes Do Nascimento Pelè se jerġa’ jkun protagonist fl-aħħar film dokumentarju li nħadem fuqu u tnieda lbieraħ mill-kumpanija Netflix.

Il-film dwar Pele hu ieħor minn sensiela, relatati ma’ leġġendi mid-dinja sportiva.

Dokumentarji simili diġà nħadmu dwar il-plejer tal-basketball Michael Jordan, l-Arġentin Diego Armando Maradona u s-sewwieq tal-Formula 1, Ayrton Senna.

Il-film bl-isem, ‘Pele’, jagħti ħarsa lejn il-plejer minn tfulitu u jiffoka l-aktar bejn l-1958 u l-1970, meta l-Brażil rebħu tliet Tazzi tad-Dinja minn erbgħa.

Miktub minn...
TVM Sport