Motorsport
Neville Ciantar itemm fit-tieni post fit-tellieqa King of Portugal 2021

Is-sewwieq Neville Ciantar kellu tmiem il-ġimgħa mill-aqwa, meta fl-aktar kompetizzjoni Ewropea iebsa tal-offroad, il-King of Portugal, huwa temm fit-tieni post. Ciantar huwa membru tal-All-Wheel Drive Club u fil-parteċipazzjoni tiegħu kien sfidat biex jgħaddi minn ċirkwiti differenti fl-iqsar żmien possibbli.

It-tellieqa King of Portugal hija test kbir għall-vetturi, test tal-magni, test tat-tajers, test tat-trażmissjonijiet, test tas-sewwieqa, test tal-veloċità, kalkolu u intelliġenza.

Din kienet l-aqwa esperjenza għal Ciantar wara li fl-2017 spiċċa fil-5 post u sena wara temm fis-6 post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA