Futbol internazzjonali
Neymar iġedded il-kuntratt ma’ PSG b’erba’ snin oħra

L-attakkant tal-Brażil, Neymar, iffirma kuntratt ġdid ma’ Paris St Germain li se jorbtu fil-belt kapitali Franċiża għal erba’ snin oħra.

L-aħbar ħarġet biha l-gazzetta l’Equipe li qalet li Neymar se jkun qed jibqa’ Pariġi sal-2025.

Neymar, ta’ 29 sena, kien ingħaqad ma’ PSG minn ma’ Barcelona għal somma rekord ta’ €222 miljun.

Neymar kien qal li jrid jitlaq lil PSG fl-2019 iżda mbagħad kien bidel id-deċiżjoni meta t-tim wasal sal-finali tas-sena l-oħra li eventwalment tilef kontra Bayern Munich.

PSG jinsabu f’tarf ukoll li jġeddu l-kuntratt ta’ Kylian Mbappe.

Mbappe ta’ 22 sena, għandu l-kuntratt jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport