Futbol internazzjonali
Neymar jallega insulti razzisti waqt il-partita kontra Marseille

L-attakkant ta’ Paris St Germain, Neymar, qed jallega li kien il-mira ta’ insulti razzisti fil-partita tal-bieraħ filgħaxija li t-tim tiegħu tilef f’daru kontra Marseille bi skor ta’ 1-0.

Il-Brażiljan ta’ 28 sena, kien wieħed mill-ħames plejers li tkeċċa fil-partita tal-bieraħ.

Hu u ħiereġ mill-pitch instema’ mill-mikrofoni tal-madwar jgħid lir-raba’ uffiċjal dwar kummenti li rċieva waqt il-partita.

Fi tweet li kiteb Neymar wara l-partita, qal li d-dispjaċir tiegħu hu biss li ma tagħax lil Alvaro Gonzalez daqqa ġo wiċċi minflok f’rasu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar