Futbol internazzjonali
Neymar ordnat iħallas €6.7 miljuni lil Barcelona

Il-Brażiljan Neymar ġie ordnat iħallas lill-ex klabb tiegħu Barcelona, is-somma ta’ €6.7 miljuni, wara deċiżjoni tal-Qorti Spanjola.

L-attakkant ta’ Paris St Germain kien fittex lill-klabb għas-somma ta’ €43.6 miljuni, ta’ bonuses li skont hu kellu jieħu wara li ħalla Katalunja f’Awwissu 2017.

Il-Qorti ddeċidiet favur il-klabb u ordnat lill-plejer iħallas somma lura lill-klabb.

Neymar, ta’ 28 sena, jista’ jappella minn din id-deċiżjoni.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Aktar