Oħrajn
NFL: Jirtira Drew Brees, il-quarterback ta’ New Orleans

Il-quaterback ta’ New Orleans, Drew Brees, irtira mill-karriera ta’ plejer professjonali tal-futbol Amerikan.

Brees ta din l-aħbar ilbieraħ.

Ta’ 42 sena, Brees huwa leġġenda tal-isport fl-Istati Uniti u l-All Time Leader tar-rekord pożittivi fl-NFL b’aktar minn 80,000 passing yards.

F’dawn l-aħħar 15-il sena, Brees lagħab dejjem ma’ New Orleans.

Hu kien beda l-karriera ma’ San Diego Chargers.

 

Miktub minn...
TVM Sport