Local Sports
Nhar il-Ġimgħa issir il-ħames edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

Nhar il-Ġimgħa li ġej issir il-ħames edizzjoni tal-Gozo Sports Awards organizzata mill-Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Fis-serata ta’ premjazzjoni jingħataw apprezzament u rikonoxximent atleti u sportivi li matul is-sena jkunu ddistingwew ruħhom fid-dixxiplini rispettivi.

Għal din l-edizzjoni hemm rekord ta’ sitta u erbgħin nomina minn tlettax-il dixxiplina. Il-kap eżekuttiv tal-Gozo Sports Board Alvin Grech fi preżentazzjoni lill-media fisser kif il-proċess tal-għażla se jkun aktar trasparenti, b’żieda fil-ġurati minn ħamsa għal disgħa u minn dixxiplini differenti.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana uriet sodisfazzon għar-riżultati nkoraġġanti li qed jiksbu atleti Għawdxin fuq livell lokali, nazzjonali, u internazzjonali: u waqt li semmiet id-diversi skemi t’għajnuna finanzjarja lill-atleti u għaqdiet sportivi li joperaw minn Għawdex, tat rendikont tal-progress fix-xogħol fuq faċilitajiet sportivi ġodda f’Ġħawdex.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Sudenti Maltin ta’ Jiu-Jitsu kienu onorati bi tliet Midalji tad-Deheb, erbgħa tal-Fidda u oħra tal-bronze. F`dan it-tournament, ħadu sehem fost l-aqwa atleti minn madwar id-dinja f’dan l-isport. Is- 7 ta`…

Local Sports

Illum, fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara, saret edizzjoni oħra tar-Regatta Annwali tal-Youths bejn Bormla, l-Isla u l-Kalkara. Ir-regatta kienet miftuħa għall-qaddiefa ta’ taħt it-18-il sena. L-Isla rebħu l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar…

Local Sports

Fl-isforzi kontinwi tiegħu biex jappoġġa l-isforzi tal-atleti żgħażagħ, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar investiment ta’ € 40,000 li se jitqassam fost grupp ta’ atleti żgħażagħ li wrew futur tajjeb u li…

Local Sports

L-impenji tal-kontiġent Malti fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew li qegħdin isiru f’Minsk, il-Belarus, rajna azzjoni mill-atletli Jeremy Saywell (Judo), Mikela Galea (Sparar) u Alexander Smyth (Ċikliżmu) li ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet rispettivi…

Aktar