Motorsport
Nhar il-Ħadd id-Demolition derby 2017

Motorsport: Kollox jinsab lest sabiex nhar il-Ħadd l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u karozzi torganizza edizzjoni oħra tad-Demolition Derby. Għal din il-kompetizzjoni li ssir darba fis-sena rreġistraw 42 kompetitur.Nofs dawn is-sewwieqa huma ġodda filwaqt li n-nofs l-ieħor huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni minn sena għal sena. Għalkemm il-ħbit bil-karozzi huwa rwol fundamentali ta’ din il-kompetizzjoni s-sewwieqa jridu josservaw regoli stretti ta’ ‘sigurtà sabiex titħares is-sigurta’ tas-sewwieqa.

Id-Demolition Derby se ssir fit-3.30pm u se tkun parti minn programm ta’ kompetizzjonijiet oħra tal-ASMK bil-programm tal-Ħadd jibda fit-8am.

Miktub minn...
TVM Sport
.