Nico Rosberg jirbaħ il-Pole Position tal-aħħar GP tal-istaġun

Nico Rosberg rebaħ il-Pole Position għall-aħħar Grand Prix tal-istaġun u l-iktar wieħed importanti li se jsir għada f’Abu Dabi.

Il-Ġermaniż irreġistra ħin aħjar mill-favorit Lewis Hamilton fis-sessjoni tas-Sibt . Rosberg b’hekk rebaħ il 11 -il Pole minn kampjonat b’19 -il Grand Prix.

Hamilton qed jittama li jsir l-ewwel Brittaniku li jsir Champion hekk kif qed jillidja l-klassifika tad-drivers bu 17 -il punt iżda min jirbaħ għada jkollu punti doppji jiġifieri 50 punt.

Matul dan il-kampjonat Rosberg rebħa 5 Grand Prix filwaqt li Hamilton rebaħ 10 tiġrijiet.

Għalhekk mistenni dwell mill-iktar eċitanti il-Ħadd bi dwell bejn żewġ drivers tal-istess team Mercedes. Hamilton li rreġistra t-tieni l-aħjar ħin se jitlaq fl-ewwel filliera tal-Grid ma’ Rosberg filwaqt li warajhom se jitilqu fit-tieni filliera Boittas u Massa rispettivament.

Il-Punti li ssoltu jingħataw hawn taħt: Dawn għada jirdoppjaw:

1st : 25 points
2nd : 18 points
3rd : 15 points
4th : 12 points
5th : 10 points
6th : 8 points
7th : 6 points
8th : 4 points
9th : 2 points
10th : 1 point

Miktub minn...
TVM Sport
.