Nicole Gatt u Francesco Aufieri fl-azzjoni f’Nanjing

 

Wara li fl-ewwel ġurnata kien fl-azzjoni l-għawwiem Julian Harding, illum fil-Judo, Francesco Aufieri fil-kategorija tal 81 kg tilef kontra Nemanja Majdov tas-Serbija b’Wazari filwaqt li fir-repercharge l-istess Aufieri tilef b’Ippon kontra Nicolas Grinda ta’ Monaco.

Nicole Gatt fil-weightlifting fil-kategorija tat-53 kg spiċċat fit-tmien post minn daqstant atleti wara li l-aħjar refa’ tagħha fis-snatch kienet ta’ 48 kg u wara refa’ ta’ 71 kg fil-clean and jerk għal total ta’ 119 kg. Il-grupp intrebaħ minn Rattanaphon Pakkaratha tat-Tajlandja li refgħet total ta’ 190 kg .

Raoul Stafrace fl-għawm jikkompeti għada t-Tlieta.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Weightlifting

L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA), bħall-federazzjonijiet l-oħra u l-assoċjazzjonijiet kollha madwar id-dinja, kellhom impatti kbar fuq il-kalendarju tal-kompetizzjoni tagħhom minħabba il-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, l-MWA organizzat kompetizzjoni online għall-atleti Maltin. Meta l-klabbs…

Weightlifting

Tamas Ajan il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting irriżenja waqt video conference li fiha kien qed jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-IWF. Ajan li hu Ungeriż għandu 81 sena u kien ilu jokkupa l-kariga ta’…

Weightlifting

Weightlifting: Fil-Malta International Open li kompla llum il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens temmet fit-tielet post minn seba’ atleti fil-kategorija tal-71 kilogramma. Din il-kompetizzjoni kienet valida wkoll għall-kwalifikazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020….

Aktar