Futbol lokali
Nifs qawwi għall-Mosta ta’ Mark Miller

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta……2

Qormi……0

Mosta kisbu rebħa prezzjuża ta’ 2-0 kontra Qormi sabiex rebħu dan il-konfront dirett tan-naħa t’isfel tal-klassifika.

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel okkażjoni ta’ gowl fit-18-il minuta meta wara frikik ta’ Misael Miranda Gomez, kien Steven Bonnici li ndirizza xutt fil-baxx li Azzopardi laqa’ b’mod komdu.

Minuta wara daqqa ta’ ras ta’ Brincat għal Mosta wara kross ta’ Romeu sab lil Azzopardi għal darb’oħra attent.

Il-Blues meritatament marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta kien kross ta’ Zachary Brincat u Juri Cisotti daħal tajjeb sabiex għeleb lil Azzopardi mill-viċin.

Reazzjoni ta’ Qormi minnufih meta xutt ta’ Tensior Guzman impenja lil Andreas Vella.

Fl-24 minuta, protesti għal penalty min-naħa ta’ Qormi meta difensur ta’ Mosta seta’ mess il-ballun b’idu.

Man-nofs siegħa logħob reġgħu kienu Mosta li heddew il-lasti avversarji meta wara kross tajjeb, kien hemm semi-rovexxjata ta’ Morisco li Azzopardi laqa’ tajjeb sabiex mir-ribawnd kien Steve Bonnici li reġa’ sab lil Azzopardi jilqa’ tajjeb.

Fit-32 minuta wara kross-shot ta’ Freud għal Qormi, kien Rozzi li naqas milli jolqot tajjeb il-ballun.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 1-0 favur Mosta.

Fl-54 minuta Jamie Azzopardi kien superlattiv meta laqa’ tajjeb daqqa ta’ ras perikoluża ta’ Davy Angan ta’ Mosta.

U ma kinitx sorpriża li l-Mostin għamluhom tnejn meta fis-60 minuta kien Zachary Brincat li għadda tajjeb lejn Davy Angan li avvanza filwaqt li b’xutt fil-baxx għeleb lil Azzopardi.

Għall-Mosta din kienet it-tielet rebħa staġjonali li tagħtihom nifs ġdid fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni.

Skor finali: Mosta 2 Qormi 0.

BOV Plejer tal-Logħba kien Yuri Cisotti ta’ Mosta. Referi kien Trustin Farrugia Cann.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar