Tennis
Novak Djokovic iffukat biex jirbaħ l-Open tal-Italja

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic qal li ma jistax iwiegħed li matul il-karriera tiegħu ma jerġax jagħmel l-istess żball li swielu l-Open tal-Istati Uniti. Ftit tal-jiem ilu s-Serb kien skwalifikat mill-Open fi Flushing Meadows wara li deher jarmi ballun bir-rakketta u dan laqat wieħed mil-line judges li kien hemm fuq wara tal-court. Skont ir-regolamenti tat-tennis, jekk dan iseħħ, it-tennist jiġi skwalifikat awtomatikament, kif fil-fatt ġralu Djokovic fir-raba’ round tal-Open fi New York.

F’kummenti li ta f’Ruma, Djokovic qal li wara li talab apoloġija pubblika lil-line judge li laqat bil-ballun, saħansitra ċemplilha biex jara kif inhi, jiem wara l-inċident.

L-organizzaturi tal-Open tal-Istati Uniti mmultaw lil Djokovic $250,000, jiġifieri ħadulu l-flus li kien akkwista għax wasal sar-raba’ round tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, it-tennist ta’ 33 sena kien anke mmultat $10,000 oħra minħabba l-imġiba mhux xierqa fil-court.

Djokovic ikkonferma li kien hemm ħafna għidut dwar dak li seħħ fi Flushing Meadows imma qal li hu qiegħed iħares ‘il quddiem bit-tama li jpatti għall-iżball li għamel u jirbaħ l-Open tal-Italja qabel imbagħad imur Franza biex jilgħab fir-Roland Garros.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Iċ-Champion tal-Open tal-Istati Uniti Naomi Osaka mhux se tkun qed tikkompeti fl-edizzjoni tal-Open ta’ Franza li jmiss minħabba injury fil-hamstring. Il-Ġappuniża ta’ 22 sena weġġgħet fil-partita li kellha kontra Victoria…

L-Awstrijak Dominic Thiem rebaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera tiegħu meta rnexxielu jiġi minn żewġ sets minn taħt biex għeleb lill-Ġermaniż Alexander Zverev fl-Open tal-Istati Uniti. Qabel il-finali Thiem qal li…

Tennis US Open: It-tennista Ġappuniża Naomi Osaka rebħet il-finali tat-tournament tas-singles tan-nisa tal-Open tal-Istati Uniti meta rebħet kontra Victoria Azarenka tal-Belarus. Dan kien it-tielet titlu Grand Slam għat-tennista ta’ 22…

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic spiċċa skwalifikat mill-Open tal-Istati Uniti wara li inċidentalment laqat line judge bil-ballun. Djokovic kien qed ikollu logħba diffiċli mal-Ispanjol Pablo Carreno Busta u kien diġà…

Aktar