Futbol internazzjonali
Numru ta’ tobba tal-klabbs tal-Premier League Ingliż dubjużi dwar it-tkomplija tal-futbol

Numru ta’ tobba tal-klabbs tal-Premier League Ingliż urew id-dubji tagħhom dwar kemm hi idea tajba li jitkompla dan l-istaġun tal-futbol.

It-tobba tal-klabbs li jieħdu ħsieb il-plejers talbu assigurazzjonijiet ġodda li jinkludu assigurazzjoni ġdida u ħlas tad-danni f’każ li xi plejer ikollu l-virus u jmarrad lilhom.

It-tobba talbu wkoll lill-Premier League biex jipprovdi protokoll mediku u aktar ittestjar fuq il-plejers u dawk viċin tagħhom.

L-20 klabb tal-Premier League Ingliż għadhom għaddejjin bid-diskussjonijiet tagħhom u d-data possibbli li l-kampjonat ikompli hi dik tat-8 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
TVM Sport