Futbol lokali
Nursery għal Senglea Athletic

Inizjattiva mill-Club tal-Premier ta’ Senglea Athletic hekk kif se terġa’ titwaqqaf is-Senglea Athletic Nursery. F’konferenza Stampa tħabbar li l-Club ħatar lil Davor Filipovic bħala l-Head coach ta’ din in-Nursery li se tkun mingħajr ħlas u li se tkun miftuħa kemm għas-subien u anke għall-bniet. Ġie spjegat li se ssir Open Day nhar is-Sibt fil-Ground ta’ Kordin ‘C’ mill-10am ‘il quddiem.

Il-President tal-Club Ruben Debono qal ukoll li n-nursery se tkun qed tidħol ukoll f’kollaborazzjoni mal-akkademja ġermaniża ta’ ‘ FC International Leipzig.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Player Internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri ser tibda esperjenza ġdida hekk kif hi ngħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio Calcio Femminile. Fl-aħħar staġuni Cuschieri lagħbet ma’ PSV Vrouwen fl-Olanda wara li kellha…

Futbol lokali

Akkwist ġdid għal Gżira Utd. Il-Kolombjan Camilo Escobar sieħeb lill-Maroons fuq kuntratt ta’ sentejn. Id-difensur xellugi ta’ 25 sena l-istaġun li għadda lagħab ma’ Santa Lucia fil-Premier Malti u fil-karriera…

Futbol lokali

Ir-rebbieħa tas-sezzjonijiet kollha tal-Youth League tal-MFA għall-istaġun 2019-20, flimkien mar-rebbieħa tal-kampjonati tat-tfajliet Taħt id-19 u Taħt il-15-il sena, ġew ippreżentati bit-trofej tagħhom f’ċeremonja fit-Trophies Lounge tal-Istadium Nazzjonali lbieraħ. Magħhom ġew…

Aktar