Futbol internazzjonali
Odion Ighalo jestendi l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester Utd sa Jannar 2021

L-attakkant Odion Ighalo estenda l-kuntratt tiegħu ta’ self ma’ Manchester United sa Jannar 2021.

Ighalo, ta’ 30 sena, ingħaqad mar-red Devils f’Jannar li għadda mingħand Shanghai Shenhua fiċ-Ċina.

L-ewwel kuntratt tiegħu kien sal-aħħar ta’ Mejju.

Ole Gunnar Solskjaer qal li għal Ighalo li se jibqa’ mal-klabb hi ħolma li saritlu realtà.

M’hemm l-ebda opzjoni fil-kuntratt ta’ Ighalo li jista’ jinxtara minn Manchester United.

In-Niġerjan skurja erba’ darbiet fi tmien partiti li lagħab mar-Red Devils.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar